It-Tim

Dan il-ktieb se jinkiteb bil-kollaborazzjoni ta’ nies minn oqsma differenti. Fosthom għandna:

– lill-istudenti li se jiktbu u jiddisinjaw il-ktieb wara li jkunu għażlu l-karattri u l-post favorit tagħhom permezz ta’ votazzjoni onlajn;

– lill-għalliema u l-LSAs tal-klassijiet tar-raba’ sena;

– lit-tim tal-litteriżmu tal-Kulleġġ li se jieħu ħsieb l-iżvilupp tal-istorja kif ukoll it-tmexxija tal-ktieb;

– lis-Sur Trevor Zahra, espert tal-kitba li se jagħti s-sehem tiegħu kemm fil-ġenerazzjoni tal-ideat kif ukoll fl-editjar tal-ktieb. Huwa offra wkoll li jgħin lit-tfal jekk jiltaqgħu ma’ xi diffikulta’ waqt il-proċess tal-kitba;

– lis-Sur Albert Debono, li se jieħu ħsieb il-pubblikazzjoni tal-ktieb b’żewġ forom, bħala ktieb kif ukoll bħala e-book. Huwa se jagħti sehmu wkoll billi jiffilmja lit-tfal jaqraw il-kapitlu wara li jkunu lestew il-kitba tagħhom. B’hekk se jkollna il-ktieb kollu moqri mit-tfal u rrekordjat fuq film u

– lis-Sinjura Mc Namara, il-prinċipal tal-Kulleġġ li hija l-ko-ordinatur tal-proġett. Hija tinkoraġġixxi xogħlijiet bħal dawn fejn it-tfal jitgħallmu diversi ħiliet apparti l-kitba u d-disinjar. It-tfal jaħdmu flimkien, jaqsmu l-ideat tagħhom, jiddiskutu u jagħżlu l-aħjar idea, f’kelma waħda jikkollaboraw flimkien biex ikollna prodott finali mill-isbaħ.

Advertisements