Il-Ħames Kapitlu

F’dan il-kapitlu miktub minn klassi oħra tal-Iskola Primarja ta’ Żabbar B naraw kif minn taħt l-art, l-eroj tagħna jsibu ruħhom fuq quċċata ta’ muntajna fejn jiltaqgħu ma’ żewġ karattri ġodda.

Advertisements

Ir-Raba’ Kapitlu

L-istorja tagħna tkompliet minn klassi oħra tal-Iskola Primarja ta’ Żabbar B. Dan il-kapitlu jirrakkonta il-ġrajja ta’ kif Dragunellu u Granċinu jsibu ruħhom f’post misterjuż. Isimgħu ftit dwar kif se joħorġu minn hemm!

It-Tielet Kapitlu

Dan il-kapitlu nkiteb minn klassi ta’ Żabbar B. Din id-darba naraw lil Tina u lil Dragunellu qegħdin jitolbu l-għajnuna lil Fjura Lawrella. Din tagħtihom direzzjonijiet ta’ kif jistgħu jaslu sa ħdejn Marjo l-Għawdxi iżda…

Il-Protagonisti

Il-votazzjoni għalqet u issa nafu min ser ikunu l-protagonisti tal-istorja tagħna.

B’kollox ivvutaw 167 student.

Il-protagonisti tal-istorja, skont il-voti tat-tfal stess huma: Lincoln b’54 vot, Karm b’50 vot, Tina b’45 vot, Marjo b’44 vot u Spajk u Dragunellu b’40 vot kull wieħed.

L-istorja ser tibda f’dinja maġika. Min jaf x’ser jiġri u x’avventuri ħa jiltaqgħu magħhom Lincoln, Karm, Tina, Marjo, Spajk u Dragunellu!

Min ser ikunu l-protagonisti?

Bħalissa, it-tfal qegħdin jivvutaw biex jagħżlu il-karattri prinċipali tal-istorja li huma ser ikunu qed jiktbu fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin. Il-votazzjoni li qed issir online, waslet  fil-qofol tagħha u qed nistennew li t-tfal kollha jkunu vvutaw biex b’hekk ikun jista’ jibda l-proċess tal-kitba. Votazzjoni