Il-Proġett

 

Storja KatinaKreattiv Transparent huwa proġett maħluq mill-Kulleġġ Santa Margerita bil-għan li jinkiteb ktieb oriġinali bil-Malti. L-istudenti tar-raba’ sena tal-iskejjel primarji se jkollhom l-opportunita’ li jsiru awturi u disinjaturi tal-ktieb li se jiġi ppublikat permezz tal-fondi mogħtija mingħand Kreattiv.

L-għanijiet ta’ dan il-proġett huma diversi. It-tfal iridu jaħdmu flimkien, joħorġu b’ideat oriġinali u joħolqu dibattitu bejniethom biex jaraw liema idea hija l-aktar addattata biex jilħqu l-iskop li għandhom qabel jaslu għall-kitba finali. L-oriġinalita’ mistennija tispikka wkoll fid-disinn li joħolqu kif ukoll fl-għażla ta’ materjali li jużaw biex joħolqu d-disinn.

Il-karattri tal-istorja kif ukoll it-tema prinċipali se jiġu magħżulin mill-istudenti permezz ta’ votazzjoni onlajn. Il-karattri li minnhom se ssir l-għażla ġew kreati mill-istudenti stess. Ladarba jinkiteb l-ewwel kapitlu, l-ktieb jimxi minn klassi għall-oħra u minn skola għall-oħra.

L-isfida hija din: li t-tfal tagħna jaqraw u jifhmu dak li nkiteb mill-grupp ta’ qabilhom b’attenzjoni biex ikunu jistgħu jkomplu jibnu fuq il-materjal mingħajr ma jagħlqu t-triq għal ta’ warajhom. Huwa propju għalhekk li l-proġett ġie msejjaħ Storja Katina, għax kull klassi tiġġenera ħolqa li tingħaqad mal-ħolqa ta’ qabilha u tippermetti ħoloq oħrajn biex jingħaqdu magħha. Permezz t’hekk, il-prodott finali jkun tassew oriġinali u interessanti u li jħajjar lil tfal oħrajn biex jixtruh ħalli jaqrawh.

Advertisements