L-Għażla tal-Karattri

Waqt il-workshops li saru, it-tfal ħolqu karattri differenti. It-tfal issa jridu jagħżlu l-karattri favoriti tagħhom li ser ikunu wkoll il-karattri prinċipali tal-istorja li ħa jiktbu.

B’kollox it-tfal ħolqu 35 karattru – suldati, sħaħar,  ħlejjaq maġiċi u ħafna oħrajn.

This slideshow requires JavaScript.

Fil-jiem li ġejjin, it-tfal ser jagħmlu l-għażla tal-karattri permezz ta’ votazzjoni online. Iridu jagħżlu wkoll il-post minn fejn ħa tibda din l-avventuri.

Min ser ikunu l-karattri prinċipali? X’ser jagħmlu? Ma min ser jiltaqgħu? Ma’ xiex ser iħabbtu wiċċhom f’din l-avventura?

Advertisements