Il-Bidu tal-Avventura

Dan il-proġett beda b’żewġ seminars ta’ ġurnata fejn it-tfal kollha tar-raba’ sena mill-Kulleġġ Santa Margerita ltaqgħu mal-awtur Trevor Zahra li spjegalhom kif jiġġeneraw ideat u joħolqu karattri waqt il-kitba kreattiva.

It-tim tal-Litteriżmu wera lit-tfal kif joħolqu karattri li jgħixu f’ambjenti differenti u dan kien l-ewwel pass fl-iżvilupp tal-ktieb.

It-tfal kellhom l-opportunita’ jipprattikaw dak li semgħu waqt workshops ta’ kitba fejn ħadmu fi gruppi.

 

0001Is-Sur Charlot Cassar, il-Kap tal-iskola ta’ Żabbar B ħadem mal-għalliema biex waqt il-‘workshops’ li saru, jitħaddmu l-prinċipji ta’ ‘Cooperative Learning’. It-tfal ħadmu fi gruppi bi rwoli speċifiċi bħala għajnuna fil-proċess biex it-tfal jagħmlu x-xogħol mitlub. Kull tifel jew tifla kellha rwol, li  kien ukoll marbut ma’ kulur. It-tfal riedu jagħmlu x-xogħol mitlub filwaqt li joqogħdu wkoll attenti għall-mod kif huma kienu qed jaħdmu flimkien bħala grupp.

 

Advertisements